PAOLA STARS FUTSAL CLUB

REBBIEHIN GHAX MAGHQUDIN - paolastarsfc@gmail.com

 

 

Kollox imur lura ghas-sena 1997 fejn grupp ta’ zghazagh kollha minn Rahal il-Gdid u li kibru mal-Paola Hibs Youth Nursery iddecidew li jiffurmaw tim bl-isem Paola Stars, biex jibdew jippartecipaw f’diversi ‘5 a-side football tournaments’.

Bejn l-2003 u l-2004 il-MALLCASS Tournaments li kien jiehu hsieb jorganizza diversi tournaments, innota lil dawn iz-zghazagh fejn bejniethom intlahaq ftehim u wara li nstab sponsor, inghaqad tim gdid bl-isem Ker Power. Dan it-tim kompla jissahhah bi plejers godda, fejn kompla jikkompeti u beda jirbah aktar tournaments madwar Malta.

Minn hawn il-quddiem it-tim hass il-htiega li jifforma klabb u jibda jkabbar l-isfidi billi jikkompeti f’xi kompetizzjoni ufficjali u prestigjuz.

 

Fl-2006 gie ffurmat ghal l-ewwel darba kumitat fejn sar statut u l-klabb sar jismu Paola Stars Futsal Club biex fl-1 ta’ Settembru rregistra ghal-ewwel darba fil-Malta Football Association Futsal League.

Ghalhekk il-klabb lahaq ftehim mar-rapprezentant malti tal-marka LEGEA fejn gie mghammar b’kollox u b’hekk beda tahrig intensiv u serju biex jilhaq il-mottiv tieghu li jikseb l-promozzjoni ghat-2 Divizjoni.

Il-polza kienet favur taghna fejn tlajna biex nikkompetu fit-3 Divizjoni ‘B’ 2006-07. It-tim b’determinazzjoni u hegga kbira rebah 9 loghbiet u 1 draw. Wara incidenti li kienu nqalghu waqt partita, it-tim gie ppenalizzat b’telfa biex b’hekk kellu jilghab loghba deciziva mal-Clarion li gabu 25 punt indaqs, fejn dawn rebhu u gew iddikjarati r-rebbieha.

Ghalhekk it-tim kellu jikkompeti fil-Play-offs bejn timijiet li gew it-tieni fil-klassifiki tat-3 Divizjoni A, B u C rispettivament. It-tim rebah iz-zewg loghbiet fejn fid-9 ta’ Marzu 2007 it-tim rebah il-promozzjoni ghat-2 divizjoni.

Kien wasal in-Knock-out 2007  fejn it-tim irrnexxielu jirbah lil Sliema Boys, Corinthians, River Plate u fil-kwarti finali gie meghlub 1 - 6 mil-Jeepers Futsal Club li huma Champions ta’ Malta ghas-sena 2006-07.

 

Ghat-tieni sena fl-storja tal-klabb l-istagun 2007-08 il-klabb mill-ewwel beda jipprova jistudja u jezamina l-pozizzjoni tieghu ghaliex hemm qabza kbira bejn loghob li jsir barra fuq terf sintetiku ghal loghob li jsir gewwa fuq tapit apposta. Ghalhekk il-mottiv ghal dan l-stagun kien li nippruvaw nzommu postna fit-tieni divizjoni.

It-tim beda jipprepara bis-shih fejn sahhah it-tim tekniku u fittex aktar plejers biex gie programmat s-sistema ta' tahrig gdid.

Il-polza ma kienetx favur taghna u t-tim kellu jaffaccja l-aqwa timijiet tat-tieni divizjoni kif ukoll timijiet li s-sena ta' qabel kienu fl-ewwel divizjoni, fejn it-tim b'determinazzjoni kbira b'hames rebhiet, wahda draw u sitt telfiet irnexxielu jikklassifika fir-raba' post minn seba' timijiet u zamm postu fl-istess divizjoni, avolja kellu plejers imwegga u wkoll li ma baqghux jaghmlu parti mit-tim.

Rega wasal in-Knock-out 2008 fejn ghall-ewwel darba sar bejn timijiet tal-ewwel u t-tieni divizjoni biss. Il-Paola Stars FC. ltaqa' ma' Powerade FC. tim li kien ghadu kif gie relegat mil-ewwel divizjoni u mil-ewwel tilef bl-iskor ta' 5 - 7.

Din is-sena kienet sena memorabbli kemm ghal klabb, plejers u sapporters ghaliex Mr. Michael Stritz Kowc tat-Tim Nazzjonali Malti tal-Futsal, wara li segwa diversi partiti ghazel lil Agius Darren, Camilleri Melvin u Vella Steven biex ikunu parti mill-skwadra Nazzjonali.

 

Diversi membri li mill-ewwel stagun dejjem segwew u taw is-sapport lit-tim, ftiehmu bejnietom u talbu lil klabb biex jiffurmaw ghaqda halli jigi organizzat aktar is-sapport ghal waqt il-loghob biex jaghtu sehmom aktar lit-tim.

Ghalhekk bi ftehim mal-kumitat gie mwaqqaf l-PSFC SUPPORTERS CLUB, fejn erba' membri ufficcjali ser ikunu membri fil-kumitat.

Dawn mill-ewwel bdew jahdmu fejn beda jinxtara l-materjal biex tintrama zona apposta fil-kumpless sportiv ta' Kordin li tkun dejjem ghall- PSFC SUPPORTERS CLUB, kif ukoll saru xi souvenirs, polo shirts etc.

 

Ghal l-ewwel darba fl-istorja tal-klabb, ufficcjalment gie organizzat futsal tournament li gie mnizzel fil-kalendarju tal-klabb. Dan inghata l-isem ta' SIMINU CHALLENGE CUP  ghal laqam tal-familja Grima minn Paola li gentilment sponsorjat dan it-trofew.